banner-coronavirus

Information regarding Homework and Revision Work

We hope that this email finds you well. It may not be the loveliest of times, but by doing our part we will get through this. Supporting and taking care of each other will help ease this burden.

https://www.bbc.com/news/health-51214864

——————————————————————————————

Noti lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom.

L-għodwa t-tajba. L-ewwel nett nittamaw li tinsabu b’saħħitkom u li kellkom ftit aktar ħin mis-soltu biex tgawdu li xulxin u li tistrieħu.

Nitolbu lill-istudenti kollha biex jidħlu fil-MySpot. Minbarra li hemm ċirkularijiet u informazzjoni utli, f’diversi suġġetti l-għalliema poġġew xi xogħol. Barra minn hekk fit-taqsima tal-Past Papers poġġejna l-karti kollha tal-Eżamijiet li saru fl-iskola f’Ġunju 2019 u għamilna wkoll links biex wieħed ikun jista’ jagħmel reviżjoni.

Nitolbu lill-ġenituri biex jekk jogħġobhom jaraw li wliedhom jagħmlu x-xogħol li qed jagħtu l-għalliema li se jkun obbligatorju u xi xogħol ieħor ta’ reviżjoni u qari.

F’dawn il-ġranet li fl-iskola mhux qed ikollna studenti qed nieħdu din l-okkażjoni biex nagħmlu tindifa ġenerali.

Jekk xi ħadd irid jiġi għall-kotba li ħalla fil-locker l-iskola se tkun miftuħa sa nofsinhar.

Nitolbu ’l Alla biex din is-siegħa tgħaddi minn fuqna malajr kemm jista’ jkun.  Jalla l-Mulej jagħtina l-grazza li niltaqgħu ma ndumux.

Il-paċi magħkom.