new-logo

New Logo Inspiration & Brief

The ideation phase of the logo for St Michael School comprised a research into the school and its history as well as a brainstorming session to explore the different ways to create a new, modern logo. The goal for this project was to retain the core character and values practised at St Michael School while embracing a fresh perspective that marks the beginning of a new chapter for the school.

While developing these ideas, experiences in Malta’s various academic institutions were shared between the various members of the school rebranding team. Thus, a recurring subject was soon pinpointed – the convergence of religious values and scientific principles. Although long pitted against each other, the coming together of these two domains of thought often reinforces the values espoused by each of them. This line of reasoning led to choosing two key images to serve as central icons in the logo’s design.

The first icon chosen was the wings, representing St Michael’s status as an archangel and a leader, while also paying homage to the vital role faith plays in our lives. The second symbol chosen was the pen, signifying the qualities of inquiry and expression as informed by the principles of scientific thought. The logo aggregates and fuses these two symbols together to position St Michael School as an example of a contemporary educational space wherein the confluence of religion and science can help forge and nurture our moral and academic characters. The logo also evokes the nature of a seed breaking of dormancy; a beautiful reminder of how quality education cultivates the seed of human and academic potential.

The colours yellow and blue, representing joy and rationality respectively, were selected as primary colours to evoke and reinforce the thematic concepts of synergy between faith and inquiry the logo was built around.

———————————————————

Verżjoni bil-Malti

Nota ta’ tagħrif dwar il-logo il-ġdid

Il-fażi kunċettwali tal-logo tal-Iskola St Michael kienet tikkonsisti f’riċerka dwar l-Iskola u l-istorja tagħha, kif ukoll f’sessjoni ta’ qsim ta’ ideat biex jiġu mistħarrġa modi differenti ta’ kif jinħoloq logo ġdid u modern. L-għan ta’ dan il-proġett kien li jinżammu l-karattru u l-valuri fundamentali pprattikati fl-Iskola St Michael, waqt li titħaddan perspettiva friska li timmarka l-bidu ta’ kapitlu ġdid għall-Iskola.

Huma u jiżvilupaw dawn l-ideat, il-membri tat-tim tar-rebranding tal-Iskola qasmu bejniethom esperjenzi minn istituzzjonijiet akkademiċi diversi f’Malta. Ma damx ma tela’ fil-wiċċ suġġett rikorrenti – il-konverġenza tal-valuri reliġjużi u l-prinċipji xjentifiċi. Minkejja li għal ħafna żmien tqiegħdu f’konfront bejniethom, it-tlaqqigħ ta’ dawn iż-żewġ oqsma ta’ ħsieb spiss isaħħaħ il-valuri mħaddna minn kull wieħed minnhom. Kien dan ir-raġunar li wassal għall-għażla ta’ żewġ xbihat ewlenin biex iservu ta’ simboli prinċipali fid-disinn tal-logo.

L-ewwel simbolu li ntgħażel kien il-ġwienaħ, li jirrappreżentaw lil San Mikiel bħala arkanġlu u mexxej, waqt li jirrikonoxxu s-sehem vitali tal-fidi f’ħajjitna. It-tieni simbolu magħżul kien il-pinna, li tirrappreżenta l-kwalitajiet tar-riċerka u tal-espressjoni taħt it-treġija tal-prinċipji tal-ħsieb xjentifiku. Il-logo jżewweġ u jgħaqqad dawn iż-żewġ simboli sabiex iqiegħed lill-Iskola St Michael bħala eżempju ta’ spazju edukattiv kontemporanju fejn it-tlaqqigħ tar-reliġjon max-xjenza jista’ jgħin fit-tiswir u t-trawwim tal-karattru morali u akkademiku tagħna. Il-logo jista’ jixxebbah ukoll ma’ żerriegħa qed tistenbaħ mir-raqda tagħha; tfakkira sabiħa ta’ kif edukazzjoni ta’ kwalità tikkultiva ż-żerriegħa tal-potenzjal uman u akkademiku.

L-ilwien isfar u blu, li jirrappreżentaw il-ferħ u r-razzjonalità rispettivament, intgħażlu bħala kuluri primarji sabiex jevokaw u jsaħħu l-kunċett tematiku tas-sinerġija bejn il-fidi u r-riċerka li fuqu nbena dan il-logo.