online-lessons

Online Lessons

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika wara li kkonsulta mal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja ddeċieda li għada u l-Ġimgħa l-istudenti għandhom jibqgħu d-dar.

Ninfurmawkom li l-għalliema tagħna se jkunu qed jagħtu l-lezzjonijiet online skont il-ħin tat-timetable.

Dawn huma ġranet ta’ skola għalhekk kull student għandu jqum fil-ħin u jsegwi l-lezzjonijiet mill-MS Teams.

Nota: Jiddispjaċina għal din is-sitwazzjoni. Tajjeb li tkunu tafu li lbieraħ filgħodu kkonsultajna ruħna mal-awtoritajiet konċernati u tawna l-parir li llum niftħu kif konna ppjanati.

Grazzi u l-paċi magħkom.